Tuesday, March 1, 2016

Stennejt li nara lil Franco fuq il-ONE illejla, iżda minflok hemm Hermann

Bħalissa fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista qed jiddiskutu l-iskandlu tal-Panama (jew tal-Azerbajġan?), ovvjament mingħajr ma jgħidu li hu skandlu.

Stennejt li fuq skandlu bħal dan il-producers tal-ONE jistiednu lill-espert tar-responsabbilta’ politika u l-governanza tajba, Dr Franco Debono.

Sa qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali lil Dr Debono kont tarah kważi kuljum fuq il-ONE jitmasħan fuq dawn is-suġġetti.

Iżda llum lil Franco qishom ma jriduhx aktar.

Qisu m'għadhomx iqisuh relevanti.

Minjaf għaliex? Tgħid għax jekk illum jirrepeti dak li kien jgħid ilbieraħ u jagħtu kasu jkollu jżarma l-Gvern?

Insomma, minflok Franco llejla fuq il-ONE hemm il-ħabib tiegħi, il-kandidat Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett, Hermann Schiavone li sa mill-ewwel battuti rebaħ kull argument li ġabulu. Fl-aħħar mill-aħħar ir-raġuni ma tridx forza.

14 comments:

  1. Tih ha jistrihhhhhh!!!!!!

    ReplyDelete
  2. Franco Debono qed jitħajjar joħroġ bħala kandidat mal-PN u kemm kemm ma jridx jgħid li n-Nazzjonalisti jriduh.

    ReplyDelete
  3. Mela mhux bhali ghax jekk ma ikunx franco mal pn ma nivvutax,ghax dejjem qal il verita u l verita twegga

    ReplyDelete
  4. [url=http://postimg.org/image/ej52as14d/][img]http://s22.postimg.org/ej52as14d/inqas_taxxi2.jpg[/img][/url]

    ReplyDelete
  5. Dr. Schiavonne seta semma naqa lill Austin gatt ghax miskin dak nesa li ghandu account gol li-svizzera

    ReplyDelete
  6. Hermann Schiavone kien strumentali biex johloq atmosfera fejn konsegwentement il-partit nazzjonalista tilef u l-partit laburista rebah. Hermann Schiavone ghamel allegazzjoni fuq Franco Debono li kien MP nazzjonalista. Il-partit Laburista zgur huwa grat lejn Dr Hermann Schiavone ghal dan il-fatt.

    ReplyDelete
    Replies
    1. Grazzi tal-kumment tiegħek Dr Debono iżda jiddispjaċini ngħidlek li s-suġġett li qbadt ma tantx jinteressani. Bħalissa iktar moħħna f'Panamagate.

      Delete
  7. Mhux fair tghamel allegazzjoni bhal din Norman, jekk tridu jghidlek fuq Panamagate kull ma trid tghamel hu li tistidnu fil-programm tieghek. Hu wera li jekk tistidnu jilqa' l-istedina.

    ReplyDelete
  8. Norman, dak l-kumment ma ktibtux jien u kif jaf kulhadd mhux se niddejjaq nuri ismi meta nikkummenta

    ReplyDelete
    Replies
    1. Ikteb xi ħaġa dwar PanamaGate Dr Debono.
      Lili jimpurtani x'taħseb. Taf ben tajjeb li jien qatt ma qistek 'irrilevanti' u li dan stqarrejtu fil-pubbliku kemm qabel u anke wara Marzu 2013.
      Nistenniek.

      Delete
  9. Dak l-kumment ma ktibtux jien u kif kulhadd jaf mhux se niddejjaq nuri ismi. Napprezza jekk tirtira dik l-insinwazzjoni skorretta.

    Biex naqtalek xewqtek fuq Panamagate nghidlek -

    Tnehha Toni faqqghet tempesta!
    Tnehhiet r-roundabout u fl-istess post se ssir protesta!

    ReplyDelete
    Replies
    1. Nirtirah il-kumment, mhix problema.
      Stennejtek se tikteb xi ħaġa iktar dettaljata kif kont tagħmel dari dwar PanamaGate, imma bix-xewqa bqajt!

      Delete
  10. Hawn tefa' teaser id-dottore!
    Ghax ma tistiednux fuq il-programm tieghek Mhux ghax jimpurtani, jekk jimpurtak tkun taf iktar?

    ReplyDelete